Prim ministru Prime minister

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali għal PRIM MINISTRU. L-ewwel sinjal magħmul minn żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal KAP. Id waħda tieħu l-forma ta’ K u ttaptap fuq l-ispalla tan-naħa l-oħra. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal GVERN. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 kkurvata bil-pala tħares ’l isfel. L-id titqiegħed fuq jew ftit ’il fuq mir-ras.

It-tieni sinjal ukoll għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal GVERN bħal dak fit-tieni parti tal-ewwel sinjal. (ii) Imbagħad l-id tibdel il-forma għal dik ta’ C hi u nieżla minn fuq ir-ras u tibqa’ nieżla dritt ’l isfel biex tifforma s-sinjal għal PERSUNA.

There are two signs for PRIME MINISTER. The first sign consists of two parts. (i) First, the sign for BOSS is made. One hand takes the shape for K and taps on the other shoulder. (ii) Then the sign for GOVERNMENT is made. One hand takes the shape of curved 5 with palm facing downwards. The hand is placed on or over the top of the head.

The second sign also has two parts. (i) First the sign for GOVERNMENT is made as in the second part of the first sign. (ii) Then the hand changes shape to that of C as it moves away from the head and keeps going straight down to form the sign for PERSON.